DAQQET IX-XITA |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Daqqet ix-Xita: Film qasir minn Malta. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Crew |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
![]() |
Kenneth SciclunaKittieb u Direttur Kenneth studja ċ-ċinematografija fl-University of Malta, taħt Dr Saviour Catania. Fl-età ta’ tlieta u għoxrin sena, Kenneth idderieġa l-ewwel programm televiżiv tiegħu, u minn dak iż-żmien kiteb, idderieġa u pproduċa diversi xogħlijiet, inkluż dokumentarji qosra għar-RAI – Central Express:Malta, Caravaggio (2003), kif ukoll għal ARTE (l-istazzjoni kulturali Franċiż-Ġermaniż) – Shouting When the Planes Go By (2004, flimkien ma’ Marie Briguglio). L-ewwel film tiegħu, Genesis (2001), kien ukoll l-ewwel feature film Malti li ntwera internazzjonalment. Kenneth kien ukoll il-koawtur u d-direttur ta’ The Isle, film qasir li għamel parti mill-proġett Ewropew taż-Zentropa, l-Arte u ż-ZDF bl-isem ta’ Visions of Europe (2004), li ntwera f’aktar minn erbgħin festival madwar id-dinja u li xxandar fuq diversi stazzjonijiet ewlenin Ewropej. Tul dawn l-aħħar snin, Kenneth idderieġa għadd kbir ta’ reklami, u fl-2007 inħatar kap tal-produzzjonijiet awdjoviżivi fi ħdan Lighthouse & Ashley. |
![]() |
Neville AttardEditur u Operatur tal-Camera Neville ilu jaħdem fil-qasam tat-televiżjoni minn mindu kellu sittax-il sena, u għandu għarfien tajjeb ħafna dwar kif jaħdem il-mezz, kemm fuq livell tekniku kif ukoll fuq livell kunċettwali. Billi dderieġa, iffilmja u editja diversi produzzjonijiet għal stazzjonijiet televiżivi lokali, kif ukoll riklami u videos mużikali li wħud minnhom ġew ukoll ippremjati, Neville għandu konnessjoni intima mal-kamera u intwizzjoni preċiża li permezz tagħha jaqbad kull sitwazzjoni drammatika f’waqtha. Ir-riklam għal Prego Olive Oil, li ġie editjat u ffilmjat minn Neville, li għalih ukoll ħareġ il-kunċett, rebaħ il-premju tal-Platinu fl-AVA Awards tal-2010. |
![]() |
Neville BoneProduttur Neville beda jaħdem fil-qasam tax-xogħol awdjoviżiv fl-2007, iżda f’dan iż-żmien qasir ipproduċa ħamsa u sittin reklam u ħa sehem f’bosta proġetti oħra impenjattivi. Maniġer ta’ esperjenza u li jaf sew kif timxi d-dinja, Neville sar produttur kapaċi u kreattiv, u koordinatur tal-produzzjoni li jirnexxilu jsolvi problemi li mal-ewwel daqqa t’għajn jidhru li ma jistgħux jiġu megħluba. Bħala membru ewlieni tat-tim, Daqqet ix-Xita jgħodd bħala kisba importanti oħra fost il-bosta li diġà għandu. |
![]() |
Andrew ChristieSound Designer Andrew għandu għal qalbu ħafna l-fotografija u ilu snin twal idoqq il-kitarra. Huwa daqq ma' ħafna gruppi lokali, fosthom mal-grupp li fetaħ is-serata tal-Mediterranean Metal Gathering li fiha ha sehem il-grupp Paradise Lost. Għand Lighthouse & Ashley Andrew ħoloq is-soundtracks għal ħafna reklami u preżentazzjonijiet awdjoviżivi, u f’Daqqet ix-Xita kellu r-rwol diffiċli li jibni s-soundtrack mill-bidu nett u jirrekordja ħafna mill-effetti awdjo huwa stess. Flimkien ma’ Carla Farrugia, Andrew kkompona s-soundtrack tad-dokumentarju undercover bl-isem ta’ Burma in Pieces, ta’ Arun Sharma. |
![]() |
David PisaniDirettur tal-Fotografija David twieled Malta fl-1965 u beda jinteressa ruħu fil-fotografija sa minn età bikrija – meta kien żgħir kien juża kamera tar-ritratti bażika u darkroom improvviżata biex iwettaq l-esperimenti tiegħu fuq il-possibbiltajiet differenti tal-istampa fotografika, li donnhom ma jispiċċaw qatt. Huwa kompla jiżviluppa u jirfina l-kapaċitajiet tiegħu fil-fotografija waħdu, billi ispira ruħu mill-ikbar esponenti klassiċi tal-arti u tal-fotografija. Kien influwenzat b’mod partikolari mix-xogħlijiet ta’ Ansel Adams, minħabba l-virtwożità teknika tiegħu, u mix-xogħlijiet ta’ Eugène Atget, minħabba r-rappreżentazzjonijiet spiritwali u emozzjonali tat-toroq u tal-binjiet ta’ Pariġi, belt li fis-snin li segwew saret post ta’ importanza ċentrali għall-karriera ta’ David. Il-fotografija ta’ David hija marbuta mill-qrib mal-passjoni tiegħu għall-arkitettura u l-iddisinjar – missjoni għall-iskoperta tas-sbuħija u l-ordni li jikkaratterizzaw ix-xogħol tiegħu. Speċjalizzat fl-istampar tradizzjonali ta’ fotografiji black and white għal skopijiet artistiċi, David beda tfittxija bla waqfien għall-aktar espressjoni profonda ta’ empatija mas-suġġett tiegħu, filwaqt li mexxa ’l quddiem il-limiti tal-assjoma li tistabbilixxi li l-fotografija m’għandhiex sempliċiment turi mill-ġdid dak li diġà jidher, iżda għandha turi dak li ma jidhirx. Ix-xogħol tiegħu ibbażat fuq il-Belt Valletta jkopri perjodu ta’ 19-il sena – dan intwera għall-ewwel darba fl-1996 bħala La Valette et le Grand Port – Portrait d’une Capitale Maritime, waqt il-Biennale tal-fotografija f’Pariġi (Mois de la Photo). Ftit wara, David beda jaħdem fuq dokumentazzjoni estiża dwar il-Belt Valletta, bl-isem ta’ Vanishing Valletta, li eventwalment ġiet ukoll mitbugħa taħt l-istess isem. F’Ġunju 2000, tletin ritratt oriġinali stampat minn din is-serje ġie inkluż mal-kollezzjonijiet permanenti tal-Bibliothèque Nationale de France. David Pisani huwa wkoll l-awtur ta’ Future City, xogħol ta’ dokumentazzjoni artistika fotografika dwar il-belt ta’ Dubai, li ġie kkummissjonat minn Emirates Airlines bħala parti mill-kollezzjonijiet artistiċi tagħhom. Daqqet ix-Xita huwa t-tieni film li ħadem flimkien ma’ Kenneth Scicluna. |
![]() |
Ruben ZahraKompożitur Il-mużajk mużikali ta’ Ruben huwa magħmul minn frammenti ta’ kulturi li joħolqu kuntrast wieħed mal-ieħor. Ruben studja l-kompożizzjoni u l-orkestrazzjoni fl-Accademia Nazionale di Santa Cecilia f’Ruma u f’Mills College f’Oakland, California. Meta kien l-Italja studja l-mużika tal-films ma’ Ennio Morricone. Bejn Settembru 2002 u Mejju 2004, Ruben ħadem f’Los Angeles bħala kompożitur tas-soundtracks u bħala superviżur mużikali. Bħala leader tal-grupp folk Nafra, Ruben huwa esponent ewlieni tal-mużika tradizzjonali Maltija u ġie mistieden biex jieħu sehem f’diversi festivals internazzjonali ewlenin madwar l-Ewropa kollha, kif ukoll fit-Tuneżija, fl-Indja u f’Hong Kong. It-tlaqqigħ flimkien u t-tensjoni bejn patrimonju u innovazzjoni jirrappreżentaw l-aktar relazzjoni sinifikanti fil-mużika ta’ Ruben Zahra. Daqqet ix-Xita (2010) – Film qasir. Direttur: Kenneth Scicluna. Lighthouse & Ashley – Malta. Giuseppe (2009) – Serje televiżiva. Direttur: Damon Wayans. Way Out TV – L-Istati Uniti. Skeleton Man (2004) – Feature film għat-televiżjoni. Direttur: Johnny Martin. Martini Films, Nu Image Films, Two Sticks Productions – L-Istati Uniti. The Mexican Kiss (2003) – Film qasir. Direttur: Paolo Durazzo, Scura Città – L-Istati Uniti. An American Diary (2003) – Dokumentarju għat-televiżjoni. Direttur: Americo Maria Cicolano. Amiternum Films – L-Italja. Spanish Fly (2002) – Feature film. Direttur: Will Wallace. Iron Heart Films – L-Istati Uniti. |
Konsulent Artistiku Operatur tal-Camera Xagħar u Rtokk
Kontrollur Finanzjarju Amministraturi tal-Malta Film Fund |
Dr Saviour Catania Neville Attard Marcelle Genovese Francis Ghersci Anthony Fiorini Daniela Blagojevic Vella |
|
“Lament” (Ftuħ) |
||
Kompożitur u Produttur Tal-Mużika |
Ruben Zahra |
||
“Lament” (Għeluq) |
|||
Kompożitur u Produttur tal-Mużika |
Ruben Zahra |
||
Miġbud Fil-Belt Valletta, Malta
Lir-Residenti ta’ Triq id-Dejqa u tal-Belt Valletta Lil Andre Callus, Chris Mizzi u Summer Martin Lis-Sindku Dr Alexiei Dingli u lil Etienne Montfort Lill-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta Lil Nella Meadows Lil Jean Paul Mifsud Lil Canon Malta – Avantech Ltd Lil Dr Brian Winston, Dr Gloria Lauri Lucente, Agnes Havas Lill-Master tal-SS Anadrian |
|||
Konsulent tad-Digital Intermediate |
Evangelos Achillopoulos |
||
Maħluq bl-Għajnuna tal-Malta Film Fund Lighthouse & Ashley © 2010 |
|||